964 Bandiera Mtella’ Fl-Istess Ħin Madwar Il-Pajjiż Kollu – Jinkiser Rekord Nazzjonali Ieħor

Rekord nazzjonali impressjonanti għall-Maltin u l-Għawdxin hekk kif il-Ħadd, 19 ta’ April 2026, ittellgħu b’kollox 964 bandiera fl-istess ħin madwar il-pajjiż kollu.

Din l-inizjattiva, li ġabret flimkien dilettanti tal-festi u membri tal-komunità, kienet xhieda ċara tal-passjoni u l-għaqda li tikkaratterizza t-tradizzjonijiet Maltin.

Calypso Radio 101.8 ikkonfermat li se jibqa’ jorganizza dan il-jum fis-snin li ġejjin bħala sinjal ta’ apprezzament lejn dawk kollha involuti fil-festi.

L-organizzaturi diġà qed iħarsu ’l quddiem lejn is-sena d-dieħla b’aktar entużjażmu.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI