Janice u John Busuttil għadhom kemm ippubblikaw aġġornament fuq il-paġna tagħhom Ilwien. Huma xtaqu jaċċertaw lis-segwaċi tagħhom li jinsabu tajbin ġewwa l-Ġappun, wara terremota li sar fit-tramuntana.
“Grazzi tal-messaġġi. Aħna ninsabu tajbin fil-Ġappun, Bħalissa qegħdin fin-nofsinhar u fejn sar terrimot fit-tramuntana fejn joqgħod tifel ta’ John. Huma jinsabu tajbin ukoll”
Ħafna kkummentaw biex jawgurawlhom vaganza sabiħa u sigura.