Infrastructure Malta ħabbret li se jkunu qed isiru xogħlijiet ta’ asfalt matul il-lejl f’diversi toroq f’Raħal Ġdid, li se jwasslu għal għeluq temporanju ta’ partijiet minn dawn it-toroq.
“Xogħlijiet matul il-lejl : l-Erbgħa u l-Ħamis (22 u 23 t’April 2026, kull lejl mis-6pm ‘il quddiem), partijiet minn Triq Ġużè D’Amato, Triq Is-Sorijiet, u Triq San Ġużepp, #RaħalĠdid se jkunu magħluqa għal xogħlijiet t’asfalt.”
Infrastructure Malta appellat lis-sewwieqa biex jippjanaw il-vjaġġ tagħhom minn qabel u jużaw rotot alternattivi minn toroq oħra fl-inħawi, sabiex jevitaw inkonvenjenzi u dewmien.
L-awtorità rringrazzjat lill-pubbliku tal-kooperazzjoni tiegħu waqt li dawn ix-xogħlijiet infrastrutturali.