“Mitt Taħdem… Inħobbok Pa, Jekk Jogħġbok Żomm Idejk Fuqi Minn Hemm Fuq” – Iben Il-Vittma Li Tilef Ħajtu Traġikament

Shazen iben Jurgen

Diversi ħbieb u membri tal-komunità ta’ Ħal Qormi qamu dalgħodu għal aħbar li ħasdet lil kulħadd, hekk kif ġie kkonfermat li Jurgen Cassar, raġel ta’ 40 sena magħruf bħala “tal-Fieres”, tilef ħajtu f’inċident traġiku waqt ix-xogħol tiegħu.

Ibnu, Shazen Fieres Magri kiteb messaġġ indirizzat lejn missieru.

“Għażiż missieri, nixtieq nibda billi ngħidlek li nħobbok ħafna avolja qatt m’għidtielek sewwa u qatt ma qtajt qalbi… provajt nagħmel milli nista’ biex niftaħlek moħħok, u għax bdejt taħdem u tirsisti wara dak iż-żmien kollu kellek għalfejn titlaq hekk?”



Shazen jesprimi kemm għadu ma jistax jemmen dak li ġara. “M’hemmx x’tagħmel. Nikteb u għadni qas irrid nemmen li tlaqt hekk ċumm bumm… Inħobbok Pa, jekk jogħġbok żomm idejk fuqi minn hemm fuq u ħu ħsieb lili u lil familtli, u dak kollu li xtaqt lilek tagħmel aħjar itfgħu fuqi biex nagħtih lit-tifel. Grazzi Pa, Strieħ fis-Sliem.”



Kondoljanzi Shazen u l-familja kollha f’dawn il-mumenti iebsin. Tinsabu lkoll fi ħsibijietna. Mill-ġdid insellmu l-memorja ta’ Jurgen.



Ritratti:

Facebook/ Jurgen Fieres Cassar

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI