“Min Veru Jħobbok, Ħaġa Waħda Biss Iħallilek F’Qalbek… Paċi” – Johan Mifsud

Il-personalità lokali Johan Mifsud dalgħodu qasam mas-segwaċi tiegħu kelmtejn ta’ ispirazzjoni dwar l-imħabba. Hu spjega li l-imħabba vera ma tinvolvix sforz u biki.

Johan kiteb, “Dejjem żommu f’moħħkom li l-imħabba ma tiġix bil-biki, billi titlob għaliha, billi tispjega lilek innifsek biex forsi jħossu xi ħaġa, jew billi tibqa’ tittama li persuna se tinbidel u mbagħad tħobbok….’Xi darba’.”

Żied jgħid, “Min iħobbok se jħobbok mill-ewwel ġurnata u jibqa’ jħobbok bl-istess mod fil-mitt elf ġurnata mhux meta jaqbel għalihom, imma dejjem. L-imħabba vera tiġi bla ebda sforz.”

Temm kliemu billi kiteb, “Min veru jħobbok, ħaġa waħda biss iħallilek f’qalbek… paċi.”





Nirrigrazzjawh ta’ dawn il-kelmtejn profondi.

Facebook / Johan Mifsud



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI