Dalgħodu ċ-ċkejken Guilherme fuq il-midja soċjali awgura l-isbaħ xewqat lil ħuh li proprju llum jagħlaq 16-il sena. Hu fisser il-gratitudni tiegħu lejn ħuh tal-imħabba li jurieh u l-attenzjoni kontinwa li jagħtih.
Guilherme huwa tifel ta’ 9 snin li ta’ kuljum jiġġieled b’determinazzjoni u b’reżiljenza kundizzjoni rari li twieled biha. Bil-preżenza tiegħu fuq il-midja soċjali jaspira li joħloq dinja ferm iktar inklussiva fejn ħadd ma jkun pront jiġġudika.
Nawguraw l-isbaħ xewqat lil ħu Guilherme!
Facebook / Guilherme’s Journey of Hope