Bil-Filmat: Dawn It-Tliet Personalitajiet Donnhom Kollha Spiċċaw B'Avventura Ħdejn Jew Fil-Baħar…

Nhar il-Ġimgħa li għaddiet fost il-mistiedna fuq il-programm Serataron kien hemm Daniel Grech Borg Cardona, Johan Mifsud u Claire Marie Busuttil. Huma kienu hemm bħala tliet personalitajiet lokali li huma għożżieba, il-plural ta’ għażeb, jiġifieri nies single. Mhux kelma li tant nisimgħu u jidher li l-panel daħku tnejn mhux ħażin xħin semgħuha.

Insomma Ron staqsiehom dwar jekk qatt kellhomx xi olimpjadi f’xi post pubbliku. L-olimpjadi li qed isemmi Ron mhux dawk li jsiru kull erba’ snin ħa ngħiduha hekk. Imma dawk li ssoltu jsiru bejn l-erba’ ħitan fil-privat. Jidher li kollha kellhom avventuri jew kif aħjar qed isejħilhom Ron, olimpjadi f’post pubbliku.

Segwu x’qalu lejn l-aħħar ta’ din l-intervista. Min spiċċa fuq ir-ramel, min spiċċa fuq il-blat u min spiċċa fil-baħar!





Facebook / Serataron



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI