"Dis-Sena L-Milied Ovvja Li Mhux Ħa Jkun L-Istess" – Theresa Ann Taqsam Rigal Li Ħadmet Ommha Qabel Ħallietna

Therese Ann b'kuraġġ kbir taqsam ritratt ta' presepju li ħadmet ommha. Hi tgħid, "Dan il-presepju ħadmietu ommi erba' snin ilu waqt li kienet 3 xhur l-isptar meta ħarġilha l-kanċer l-ewwel darba. 3 xhur ta' tbatija li sarfitom f'xoghol. Din kienet ommi tħalli t-teżori warajha."

Hi tkompli tispjega, "Dis-sena l-Milied ovvja li mhux ħa jkun l-istess bħal ma kinetx l-istess ġurnata wara ġurnata mis-17 ta' Jannar 'il quddiem. Forsi ħafna ma għandhomx ħegga jarmaw! U jien waħda minnhom..."



Ovvjament it-tfal ikunu qed jistennew il-Milied b'ħerqa kbira. Hi tgħid, "Imma għat-tfal u għax ommi żgur li trid tarahom ferħanin iva se narma. Illum ħarġu dawn, darba oħra joħroġ xi ħaġa oħra bil-mod."

Hi tagħlaq billi tgħid, "Mhux se tkun faċli... imma lanqas il-Milied tas-sena l-oħra ma kien! X'nista' nibki bikja bħal ma nagħmel kważi kuljum! Nixxotta d-dmugħ u nkompli għax dik il-ħajja!"

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI