Is-sħana din is-sena qisha qabdet f’daqqa hux? Veru li qegħdin Lulju imma qisu għadha m’għamlitx sħana biżżejjed għax it-temperaturi se jkomplu jisħnu iktar!
Fis-sebat tijiem li ġejjin it-temperaturi se jkunu sħan ħafna! Fil-fatt f’uħud mill-ġranet tal-ġimgħa d-dieħla t-temperaturi se jkunu qed jinħassu daqs 40°C! Apparti minn hekk, ir-raġġi tax-xemx għall-erbat ijiem li ġejjin se jibqgħu qawwija! Fil-fatt l-indiċi uve se jkunu 11!
Mela, isma minni u jekk tista’ ibqa’ ġewwa fl-air conditioner! U jekk għadek m’ersaqx lejn il-baħar, issa ċ-ċans! Naħseb issa l-baħar saħan biżżejjed, le? U jekk ikun xi naqra kiesaħ, tinkwetax għax żgur li tieħu pjaċir bih għax ittaffi ftit minn din is-sħana!