“Esperjenzajna L-Faqar U Kien Hemm Drabi Meta Ommi Ma Kinitx Tiekol Biex Ikollna Ikel Biżżejjed.” – Ftit Minn Kollox

Il-paġna Ftit Minn Kollox taqsam rakkont ta’ kif azzjoni żgħira tħalli impatt kbir fuq ħajjet xi ħadd! Ir-rakkont jibda, “Konna familja kbira, u missieri ma setax jaħdem minħabba d-diżabilità tiegħu. Esperjenzajna l-faqar u kien hemm drabi meta ommi ma kinitx tiekol biex ikollna ikel biżżejjed. Saħansitra darba qatgħulna d-dawl minħabba kontijiet mhux imħallsin.”

L-istorja ta’ dan iż-żagħżugħ tkompli, “Ma kontx nattendi birthday parties ta’ sħabi, għaliex ma kellniex flus biex nixtrulhom rigal. Meta xi drabi attendejt, u rajt lil sħabi jagħtu rigal, kont nimbarazza ħafna ruħi għax jien biss ma kontx nagħti rigal.”





Hu jżid, “Però ma kellix diffikultà nattendi l-birthday parties ta’ ħabib li kelli, Jonathan. Meta kont nasal id-dar għall-party tiegħu, ommu kienet toħroġ tiġri tilqagħni u baxx baxx, tgħaddili rigal li tkun xtrat hi biex jien nagħtih lil Jonathan f’ismi. Lanqas Jonathan ma kien jaf! Issa għandi 37 sena. Għadni grat lejn dik l-omm. Dak il-ġest ħalla impatt kbir u pożittiv fuqi.”

Ir-rakkont jintemm bil-kliem, “Fil-ħajja dejjem kun ġentili. Jekk tara lil xi ħadd jaqa’ lura, imxi lura ħdejh. Jekk xi ħadd jiġi injorat, sib mod kif tinkludih. Jekk xi ħadd jaqa’, erfgħu. Dejjem fakkar lin-nies fil-valur tagħhom. Ġest wieħed ta’ ġentilezza jista’ jfisser id-dinja għal xi ħadd.”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI