Jekk Santa Venera hija parti mir-rotta ta’ kuljum tiegħek, tista’ tippjana rotta alternattiva billi t-triq popolari Triq il-Kanun (Canon Road) se tkun magħluqa l-ġurnata kollha llum bejn is-7.30 u l-16.30 hekk kif qed jitlestew ix-xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni.
Infrastructure Malta avżaw, “mis-7 u nofs ta’ filgħodu sal-4 u nofs ta’ filgħaxija, se nlestu l-bini mill-ġdid ta’ parti minn Triq il-Kanun, Santa Venera. It-triq se tkun magħluqa fiż-żewġ direzzjonijiet waqt li nkunu qed nagħmlu xogħlijiet t’asfalt. Segwu t-tabelli lejn rotot alternattivi fil-viċin.”
Ħudu ħsieb u pjanaw bil-quddiem!
Facebook / Infrastructure Malta