Fuq il-paġna uffiċjali tad-Djoċesi t'Għawdex, il-kantanta bravissima Pamela Bezzina kellha ċ-ċans taqsam l-esperjenza tagħha mill-ħajja fejn ħasset li hemm bżonn bidla fil-mod kif taħseb u taġixxi.
Pamela ssemmi li fil-ħajja personali tagħha ltaqgħet ma' ħafna tipi ta' nies, uħud li forsi ma kienux onesti daqs oħrajn. Kien hemm fejn forsi bdiet tħossha diffiċli tafda u kif tgħid hi "qalbi tiġi iebsa". Iżda ta' persuna li kapaċi tirrifletti ħafna fuq għemilha, Pamela dejjem indunat li l-aqwa sentiment hu dak meta tkun hemm għall-oħrajn, trattab qalbek u kelma ta' ġid tgħidha.
Fil-fatt f'dan il-filmat Pamela tesprimi kif dejjem tara li tkun ta' imħabba għall-oħrajn u tgħin kemm tiflaħ lill-proxxmu. Segwu aktar hawn taħt.
Facebook/ Pamela Bezzina