“Asha Hija L-Maniġer Ta’ Dar Bjorn F’Ħaż-Żebbuġ U F’Ħal Qormi” – Bjorn Formosa B’Messaġġ Ta’ Ringrazzjament

Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, Bjorn Formosa rringrazzja lil Asha, li tmexxi Dar Bjorn u tagħmel ħilitha biex ir-residenti u l-ħaddiema jkollhom ambjent pożittiv.

Bjorn kiteb, “Grazzi mill-qalb Asha! Asha hija l-maniġer ta’ Dar Bjorn f’Ħaż-Żebbuġ u f’Ħal Qormi. Żewġt idjar b’ 43 resident b’mard newreloġiku, u aktar minn 50 ħaddiem dedikat. Bi professjonalità assoluta, Asha dejjem tfittex li żżomm ambjent ta’ ħidma pożittiva u organizzata, filwaqt li tippjana attivitajiet li jagħtu nifs u motivazzjoni lit-tim kollu. Napprezzaw immens!”

Tassew hi xi ħaġa sabiħa li taqdi dan l-irwol b’dedikazzjoni u b’qalb lesta li tgħin u taħseb f’ħaddieħor. Nirringrazzjawha mill-qalb tal-għajnuna li toffri lil kull min ikun ġewwa Dar Bjorn.





Facebook / Bjorn Formosa



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI