Protesta Kontra L-Kundizzjonijiet Tal-Għajxien Krudili Tad-Dniefel Fil-Mediterraneo

Il-Mediterraneo Marine Park qiegħed fuq fomm kulħadd bħalissa hekk kif qed joħorġu aktar rivelazzjonijiet xokkanti dwar il-kundizzjonijiet krudili tad-dniefel fil-magħluq.

Ftit ġimgħat ilu, filmati minn drones urew il-kundizzjonijiet klaustrofobiċi u maħmuġin li kienu qed jgħixu fihom id-dniefel – meta huwa magħruf sew li d-dniefel jgħixu u jħobbu jkunu fi spazju miftuħ ħafna.





Issa eks ħaddiem tal-park żvela aktar dettalji dwar il-kundizzjonijiet inumani. Il-ħaddiem sostna wkoll li d-dniefel huma frustrati fil-park u li kienu jħabbtu rashom max-xatba.

Earth Systems Association flimkien mad-Dolphin Project, Animal Liberation Malta, Marine Connection, Tidebreakers u Friends of the Earth Malta qed jorganizzaw protesta paċifika fil-Mediterraneo Marine Park is-Sibt li ġej, it-2 ta’ Awwissu, fid-9:30, kontra l-għajxien fil-magħluq tad-dniefel u l-kundizzjonijiet inumani u infernali li qed jgħixu fihom.



Facebook / Dolphin Project

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI