Wieħed mill-aktar awturi popolari Taljani, Camilleri kiteb numru kbir ta’ novelli fejn il-karattru prinċipali kien Spettur Siċiljan, bl-isem tal-Ispettur Montalbano. Camilleri miet fl-età ta’ 93 sena. Lura f’Ġunju, l-awtur kien mehud l-isptar wara li sofra minn attakk tal-qalb.
Camilleri kien kiteb numru ta’ novelli storiċi, meta fl-1994, kważi ta’ 70 sena kiteb il-ktieb The Shape of Water, l-ewwel ktieb tal-Ispettur Montalbano. Is-serje ta’ dan l-ispettur kienet ta’ suċċess enormi, biegħat aktar minn 30 miljun kopja u xogħolu ġie tradut f’aktar minn 32 lingwa.
Ritratt: Facebook / Andrea Camilleri
Rebaħ l-akbar unur tal-assoċjazzjoni tal-kittieba ġewwa l-Ingilterra u xogħolu sab ruħu wkoll fuq it-televiżjoni u dar ’il fuq minn 65 pajjiż. Ġie premjat ukoll bil-premju ta’ Ġieħ ir-Repubblika fl-2003 grazzi għal dan il-karattru.
Camilleri, għalkemm sab is-suċċess tiegħu lejn tmiem ħajtu, ħalla warajh stejjer li żgur ħa jibqgħu jitgawdew għal ħafna u ħafna snin mill-ġenerazzjonijiet futuri. Ħa jkollhom iċ-ċans jitpaxxew bl-istejjer tiegħu.
Facebook / Andrea Camilleri