Persuna Tgħoddha B'Waħda Ġewwa D-Dwejra F'Għawdex Aktar Kmieni

Persuna tgħoddha b’waħda ġewwa d-Dwejra f’Għawdex hekk kif għall-ħabta tal-11:00, waqt li kienet qed tgħum spiċċat sabet diffikultà f’ħin minnhom. F’dak il-mument intalbet l-għajnuna biex malajr kemm jista’ jkun setgħet tittella’ mill-baħar.

Għal xi l-11:30 kemm il-pulizija kif ukoll it-tim mediku ġew infurmati u waslu fuq il-post. Waslet l-ambulanza fejn it-tim mediku beda minnufih jagħti l-ewwel għajnuna lill-persuna konċernata. Tajjeb ngħidu li minkejja ġiet salvata, l-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.

Se jixxandru aktar dettalji fil-ħin li ġej.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI