L-aħħar golden buzzer li fadal naraw hija Nicole Hammett. Nicole hija kantanta bravissima u l-aħħar darba li rajnieha f’dan il-programm tant impressjonat lil Sarah Zerafa li tagħtha l-golden buzzer tagħha. Għas-semi-finali Nicole għażlet li tkanta “Music Was My First Love”. Nicole għaddiet minn perjodu diffiċli hekk kif tilfet uħud mill-membri tal-familja tagħha.
Howard qal, “Din il-prestazzjoni ma kelliex l-emozzjoni li xtaqt”
Maxine qalet, “Dik kienet vera sabiħa!”
Sarah qalet, “Għandek leħnek tal-ġenn u dejjem nieħu gost bik”
u Ray qal “għażilt biċċa klassika imma int għażilt li tagħti verżjoni l-istil tiegħek!”
Nawguraw lill-kantanta Nicole Hammett
Ibgħat SMS vojt fuq 50614405 għal Nicole. Tista' tivvota 3 darbiet biss għal kull kontestant u kull SMS jiswa 47ċ.