"Ħadd Ma Ġie Għall-Press Conference Kif Jixhed Dan Ir-Ritratt Tant Għall-Qalbi" – Xi Ġralhom Ludwig U Chiara?

Fuq il-midja soċjali, hekk kif issa beda Diċembru Ludiwg jaqsam ġrajja ta' x'kien ġara disa' snin ilu. Hu jikteb, "9 snin ilu nedejna il-Kanzunetta Ħelu Bambin. Ħadd ma ġie għall-Press Conference kif jixhed dan ir-ritratt tant għall-qalbi."



Hu jispjega, "niddeċiedu li nippruvaw fuq it-televiżżjoni" u jidher li aċċettaw li juruha biss WE MEDIA. Ludwig jgħid, "Il-kanzunetta tiġi uploaded minni għal wara li tintwera fuq it-televiżżjoni u bi żball nolqot il-public button u norqod. F’temp ta’ ġranet Ħelu Bambin tispiċċa viral u f’daqqa waħda kulħadd ried kopja. Ħelu Bambin tispiċċa Sold Out"

Hekk kien il-bidu ta' waħda mill-aktar kanzunetta popolari tal-Milied tul dawn l-aħħar snin. "Grazzi għalikom il-kanzunetta Ħelu Bambin tispiċċa waħda mill-aqwa siltiet Maltin ta’ kull żmien għal żmien il-Milied. Grazzi għalikom tul dawn id-disa’ snin il-proġett Ħelu Bambin ta eluf ta' ewro lid-Dar tal-Providenza," itemm jgħid Ludwig.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI