"Wara L-Ikbar Trawma Ta' Ħajti Fejn Sfajt Vittma Ta' Vjolenza, Sibt Lill-Pulizija Li Għenuni Nħossni Sigura" – Mara B'Ringrazzjament

F’kumment fuq il-mezzi soċjali, mara weriet il-gratitudni tagħha lejn uffiċjali tal-pulizija li wara li għaddiet “mill-iżjed episodju trawmatiku” ta’ ħajjitha, sabet lilhom li għenuha terġa’ tħossha sigura mill-ġdid.

“Bis-saħħa tal-attenzjoni u l-professjonaliżmu li wrew il-każ tiegħi ġie riżolt u issa nista’ nkompli nibni ħajti mill-ġdid,” saħqet din il-persuna li fissret kif wara li sfat vittma ta’ vjolenza domestika ħassitha beżgħana u ma kinitx taf x’se tagħmel.

“Kienu hemm biex jisimgħuni, jemmnuni u jatuni l-protezzjoni li kelli bżonn,” temmet tikteb din il-persuna.





Prosit lill-Pulizija ta’ Malta!

Ritratti: Facebook / The Malta Police Force u Legal Expert



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI