Tmut it-tifla tal-eks maniġer ta' Barċellona li kienet sfortunatament marida bil-kanċer. Xana kienet ilha tiġġieled il-battalja tagħha għal dawn l-aħħar ħames xhur. Hu kiteb dwar din l-aħbar kerha għall-familja tiegħu fuq il-mezzi soċjali.
F'messaġġ ta' qsim il-qalb kiteb li ħa jimmisjawha mmens u kull ġurnata ħa jkunu qed jiftakru fiha u jittamaw li jerġgħu jiltaqgħu fil-futur. Jgħidilha int ħa tkun l-istilla li ħa tiggwida lill-familja tagħna.
View this post on Instagram
Hu rringrazzja lit-tim mediku u l-qassisin ġewwa l-isptarijiet ta' Barċellona li tant ħadu ħsiebhom. F'dan il-mument iebes għal familja talab biex tiġi rispettata l-privatezza tal-familja tiegħu.
Numru ta' stillel tal-futbol kitbu fuq il-midja soċjali biex jesprimu s-sogħba tagħhom f'dan il-mument inkluż Luis Suarez u David De Gea.
Instagram / Laturco