Bħal-lum xahar, il-Membru Parlamentari Darren Carabott se jkun qiegħed jgħid “iva” lill-għarusa tiegħu, Miriana, f’ċerimonja li mistennija tiġbor magħha l-familjari u l-ħbieb l-aktar qrib tagħhom.
Id-destinazzjoni tagħhom lejn iż-żwieġ bdiet f’Diċembru tal-2023, meta Carabott ippropona lil Miriana waqt vjaġġ romantiku f’Turin, l-Italja. Huwa għażel il-post storiku u spettakolari tar-Reggia di Venaria Reale biex jinżel għarkupptejh u jsaqsiha biex tkun martu, mistoqsija li bidlet ħajjithom.
Dakinnhar, Darren wera l-ferħ tiegħu fuq il-midja soċjali, fejn kiteb, “Inħossni tassew fortunat li se nkun qed inqatta’ l-kumplament ta’ ħajti miegħek. Qalet iva u għamlitni l-aktar ferħan li qatt kont.”
View this post on Instagram
Il-koppja, li kienet għadha kemm iċċelebrat it-tieni anniversarju tagħhom ftit jiem qabel il-proposta ta’ Darren, issa tinsab fl-aħħar stadju tal-preparamenti għal jumhom il-kbir tagħhom.
Awguri mill-qalb!