Malta Tirreġistra L-Ewwel Każ Tal-Varjant Tal-Covid-19 Tal-Afrika T'Isfel

Malta rreġistrat l-ewwel każ tagħha tal-varjant tal-Afrika t’Isfel tal-Covid-19, li x-xjentisti qed jisħqu li jinfirex aktar faċli u huwa aktar reżistenti għal wieħed mit-tliet vaċċini approvati.

Dan il-każ ġie magħruf din il-ġimgħa wara li sar l-istħarriġ meħtieġ sabiex isibu aktar informazzjoni dwar l-oriġini ta’ dawk li qed jinstabu pożittivi għall-Covid-19.

In-numru ta’ każijiet tal-varjant tar-Renju Unit żdiedu għal 49, dan saħqu l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet nhar it-Tlieta. Hi normali li viruses jimmutaw u jinfirxu sabiex jirnexxu u jibqgħu għaddejjin iżda ħafna mill-bidliet mhumiex kawża ta’ tħassib.

Iżda x-xjentisti enfasizzaw il-varjanti tar-Renju Unit u l-Afrika t’Isfel huma aktar infettivi u aktar reżistenti għall-vaċċini offruti bħalissa. Fearne qal li s-sekwenzar ġenetiku użat biex iżomm kont ta’ dawn il-varjanti żdied biex jiżdied il-monitoraġġ, u li l-każijiet pożittivi kollha bħalissa jinsabu iżolati.

Il-Ministru ma tax aktar dettalji ta’ kif dan il-virus seta’ wasal hawn Malta.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI