Kemm hawn min jiċċelebra għeluq snin il-pet tiegħu? Josmar u Ryan, il-preżentaturi ta’ Sibtek, illum qed jiċċelebraw għeluq is-sentejn tal-kelb tagħhom Rocco, li jidher ħafna fuq it-televiżjoni waqt il-programm.
Fuq il-midja soċjali, Josmar kiteb: “It-2 Anniversarju t-tajjeb liċ-champ tagħna - Rocco! Mill-ewwel jum li rajnik, int għamilt id-dar u l-ħajja tagħna kompluti! Aħna nħobbuk champ.”
Awguri sabiħ! Aħna minn Gwida.mt nittamaw li Rocco llum irċieva ħafna bews, fsied u rigali kif ħaqqu żgur!
Facebook/Josmar