Fuq l-aħbarijiet ta' Television Malta tħabbru s-semi finalisti ta' Mużika Mużika - Festival tal-kanzunetta Maltija. Festival li ser jagħti spazju lill-kanzunetta Maltija. Il-ġurija kellhom deċiżjoni iebsa quddiemhom, dan għaliex minn 35 kanzunetta riedu jniżluhom għal 20! Il-festival ħa jittella' fid-18, 19 u 20 ta' Marzu fejn il-kanzunetti kollha ħa jkunu akkumpanjati mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta.
Dawn huma s-semi-finalisti:
- Binti - Janvil u Jade Vella (Richard Edwards / Roberta Magri)
- Fjamma - Fabrizio Faniello (Philip Vella / Emil Calleja Bayliss)
- Għajjejt Inħobb - Christian Arding (Gilbert Camilleri / Rita Pace)
- Għal Dan il-Lejl - Charisse Vassallo (Mark Spiteri Lucas / Emil Calleja Bayliss)
- Għażiż - Danica Muscat (Cyprian Cassar / Emil Calleja Bayliss)
- Ħarsa Biss - Glen Vella (Philip Vella / Joe Julian Farrugia)
- Ħudni Lura - Bernie & Pod (Bernard Bonnici / Ivan Farrugia)
- Il-Kitarra u Jien - Philip Vella (Philip Vella / Joe Julian Farrugia)
- Int biss - Christina Magrin (Mark Scicluna)
- Kompli Tbissem - Avenue Sky (Glen Vella / Andy Muscat)
- L-Ewwel Jien - Kantera Band (Elton Zarb / Joe Julian Farrgia)
- Lil Binti - Mark Spiteri Lucas (Mark Spiteri Lucas)
- Naħseb Fik - AIDAN (Aidan Cassar)
- Sinfonija Ħiemda - Miguel Bonello (Aldo Spiteri / Bradley Spiteri / Joe Julian Farrugia)
- Ta' Ftit kliem - Ryan Grech (Ryan Grech)
- Tbissimli - Michela Galea (Mark Spiteri Lucas / Emil Calleja Bayliss)
- Teżor - Janice Mangion ft. George Curmi Il-Puse' (Mark Scicluna / Cyprian Cassar / Emil Calleja Bayliss)
- Tista' - MJAW (Niki Gravino)
- Vizzju - Raquel (Aidan Cassar)
- Warajk - Franklin (Dominic Cini / Etienne Micallef)
F'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw lill-finalisti kollha kull suċċess. Ninsabu ċerti li ħa jkollna ċelebrazzjoni tal-kanzunetta Maltija. Ħerqana sabiex nisimgħu l-finalisti kollha!