“Wasalna Wkoll … Illum L-Aħħar Jum Tas-Sena Skolastika Għalina L-Edukaturi” – Lelio Spiteri

Illum huwa proprju l-aħħar jum tas-sena skolastika għall-edukaturi Maltin u Għawdxin, u permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, s-surmast Lelio Spiteri qasam kelmtejn relatati.

Hu qal, “Wasalna wkoll! Illum l-aħħar jum tas-sena skolastika għalina l-edukaturi. U x’sena kienet! Kellna ħafna x’nagħmlu, ħafna aktar mis-soltu. Jekk il-ħidma kienet intensiva, pero’ daqstant ieħor l-appoġġ li sibt minn dawk ta’ madwari, familja, ħbieb, kulleġġ, edukaturi, ġenituri, studenti, ħaddiema, int li ssegwini fuq il-mezzi soċjali.”

Żied jgħid, “Grazzi lilkom ilkoll. Issa ngawdu ftit is-sajf (mhux is-sħana) ħalli xahrejn u nofs oħra nkun ikkargat biex inkomplu fejn ħallejna. Il-vjaġġ jissokta. Fadal x’naqdfu u x’nagħmlu. Inħarsu ‘l quddiem b’ottimiżmu, b’kuraġġ, lura qatt. Il-kbir għadu ġej!”





Facebook/Lelio Spiteri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI