Il-preżentatur ta' Serataron, Ron Briffa jinsab fi kwaRONtina minħabba li ġie f'kuntatt ma' xi ħadd pożittiv. It-testijiet juru li Ron hu negattiv għall-Covid-19! Imma jidher li qed jagħmel mill-aħjar biex jokkupa l-ġurnata tiegħu. Ilbieraħ b'mod speċjali qatta' l-ġurnata jara s-serje ta' Dejjem Tiegħek Becky li qedgħin fuq YouTube.
Ron jirringrazzja lil Eileen talli okkupatlu l-ġurnata iżda wkoll lil Ylenia (il-preżentatriċi fuq Bay) għax hi l-ġimgħa l-oħra kienet qaltlu li kienet imliet il-ġurnata billi rat s-sensiela sħiħa. Ngħiduha kif inhi Becky dejjem salvat in-nies u issa qed issalva n-nies fil-pandemija wkoll!
Tajjeb li ngħidu li din il-ġimgħa, Serataron ser jirritorna xorta, iżda tgħid ser ikun hemm preżentatur ieħor? Kieku int lil min tgħid biex jippreżenta flok Ron?