Il-preżentatriċi Ylenia Testa Spiteri kitbet awgurju mill-qalb għall-għażiż żewġha Daniel, li llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Ylenia u Daniel qalu iva lil xulxin propju f’Lulju tas-sena l-oħra, u bħalissa qed narawhom ilaqqgħuna mal-artisti tal-Malta Eurovision 2025 fuq TVM.
“Happy Birthday lill-imħabba tiegħi! 13-il sena nafek, 7 xhur insejjaħlek żewġi, u ħajja nħossni l-iktar persuna xxurtjata fid-dinja. Inti l-aqwa ħaġa li qatt ġratli, il-post sigur tiegħi, l-akbar appoġġ tiegħi, u l-persuna favorita tiegħi. Ma nistax nimmaġina ħajti mingħajrek. Inħobbok għal dejjem!”
Ylenia xerrdet diversi ritratti mill-isbaħ tagħhom flimkien fuq il-midja soċjali. Awguri mill-qalb Daniel!