5 Affarijiet Li Ser Iġibulna Xorti Tajba!

Qatt kellek xi ħaġa importanti u ridt li kollox jiġik sew? Tkun konvint li għamilt biċċa xogħol tajba, imma jkollok bżonn għajnuna sopra-naturali! Hekk ġralna aħna, ilna naħdmu fuq Gwida.mt għal aktar minn sena. F’din is-sena qrajna ħafna fuq x’qed jgħidu l-Maltin, fuq xiex igergru l-aktar u xi jħobbu. Però, niġu għad-dunkwe. Biex dan is-sit jirnexxi, ħsibna li nagħtuh laqxa Maltija u nġibu ftit risq. Dawn huma l-affarijiet li l-Maltin jagħmlu biex ikollhom xorti tajba!

Penġejna l-Għajn!

View this post on Instagram

A post shared by Mirei Blue official page (@mireiblueofficialpage) on Mar 28, 2019 at 12:27am PDT

Insibuha fuq kull dgħajsa, luzzu u kajjik. Dawk il-par għajnejn, li jkunu mnaqxxin fuq il-pruwwa tad-dgħajsa. Dawn huma meqjusa bħala ħarsien minn xi gwaj. Tradizzjoni antika li ġejja mill-Alla tal-Feniċi. Din it-tradizzjoni, nsibuha wkoll fil-Greċja u fl-Eġittu. Aħna wkoll ingħaqadna mat-tradizzjoni sabiex iġġibilna r-risq, protezzjoni u saħħa tajba.

Dendilna nagħla

View this post on Instagram

A post shared by Yashini (@yashiniamritha) on May 2, 2019 at 4:00am PDT

Konna narawha fuq divers i karozzi tal-linja imdendla, maġenb xi qrun u l-kitba ‘Verbum caro factum est’. In-nagħla hija waħda mill-aktar oġġetti popolari li jġibu r-risq tajjeb. Taf għalfejn? Hemm ħafna leġġendi, fosthom l-aktar popolari hija ta’ San Dunston. Dan fis-seklu 10, kien iltaqa’ max-xitan li ordnalu jagħmel nagħla għaż-żiemel tiegħu. Dan il-qaddis għamilha u weħħilha ma’ sieq ix-xitan minflokk u spiċċa biex kellu uġiegħ kbir. Bħala patt, San Dunstan qal lix-xitan li jneħħihielu biss jekk iħalli din id-dar u ma jidħolx aktar fiha. B’hekk in-nagħla bdiet titwaħħal mal-bibien, biex l-ispirti l-ħżiena jibżgħu minnha.

Ħara tal-Ħamiem?

View this post on Instagram

A post shared by Test Gallery (@test_gallery1) on May 16, 2019 at 3:53am PDT

Forsi l-ewwel tnejn kienu ftit pjaċevoli kemm taqbad għajn u nagħla u tweħħilhom iżda din disgustanti... għall-aħħar. Il-Maltin jemnu li jekk tkun għaddej minn xi triq u ħamiema tagħmel il-bżonnijiet tagħha fuqek, xorti tajba tkun ġejja lejk. Għalhekk kelna mmorru lejn il-Belt Valletta u tmajna ftit ħamiem fil-barrakka ta’ fuq. Ejja ngħidu li kelna xortina tajba u ħadd mil-ħamiem ma’ għamel fuqna.

Frixna s-santi

View this post on Instagram

A post shared by William Chen (@wchen) on Jul 8, 2017 at 3:43pm PDT

Niftakarni qabel xi eżami konna nifirxu s-santi kollha biex il-qaddisin jnebbħuna minn xi ħaġa li nkunu studjajna. Ħafna Maltin jemmnu li l-qaddisin jġibu xorti tajba! Jekk tlift xi ħaġa Sant’Antnin... sibli l-ħwejjeġ mitlufin. Jekk trid tgħaddi minn xi eżami, itlob lil San Ġużepp ta’ Kopertino. Jekk trid tikteb ġurnal tajjeb, skoprejna li hawn qaddis propju għalina! San Franġisk de Sales, idħol għalina, u minn kull żball ipproteġina.

L-imbierek inbid!

View this post on Instagram

A post shared by Zoe (@z_momster) on Dec 2, 2016 at 2:16pm PST

Sibna li l-Maltin jaraw li meta twaqqa’ l-inbid dan ukoll jkun sinjal ta’ xorti tajba. Ftaħna flixkun inbid bejn il-ħbieb, u gawdejna serata flimkien. Inbid ma waqax, imma wara sitt flixken inbid bdejna nixxenglu ftit! Tgħodd ukoll?

U int x’temmen li jġiblek ir-risq? Ibgħatilna l-istorja tiegħek.

Instagram / @giothewanderluster

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI