Illum jiċċelebra għeluq sninu wieħed mill-mużiċisti bravissimi tal-grupp lokali The Busker, li rrappreżentana fil-Eurovision Song Contest 2023 bil-kanzunetta Dance (Our Own Party). Dan mhu ħadd ħlief Jean Paul.
Jean Paul huwa l-iktar mużiċist li ilu parti mill-grupp The Busker, qabel eventwalment ingħaqdu Sean u Dav Jr. Huma xtaqu jawgurawlu f’din il-ġurnata speċjali. Iżewqu l-messaġġ b’kliem ta’ tifħir biex juru kemm hu apprezzat u kemm hu importanti fil-grupp.
“Happy Birthday… Jean Pul Inħobbuk,” jiktbu The Busker. Awguri mill-qalb għażiż!
Facebook/ The Busker