"Il-Vjolenza Domestika Hija Kwistjoni Pubblika Li Tħalli Impatt Fuq Il-Benesseri Tas-Soċjetà…" – Kummissjoni Dwar Il-Vjolenza

Lil’hinn minn dak li qiegħed jiġi rrappurtat fil-midja relatati ma’ każijiet ta’ vjolenza domestika, il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, ppubblikat reazzjoni għal dak li qed jintqal.

Il-Kummissarju Samantha Pace Gasan taqsam appell biex tkompli l-ħidma kontra l-istigma dwar l-abbuż tal-vjolenza domestika. Li wieħed jgħid li “l-vjolenza domestika hija kwistjoni personali u familjari,” hi narrattiva żbaljata.

l-Kummissarju Pace Gasan tikkundanna kull tip ta’ vjolenza u abbuż. Tfakkar li l-vjolenza domestika hija kwistjoni pubblika li tħalli impatt fuq il-benesseri tas-soċjetà, l-individwi kif ukoll impatt ekonomiku. Il-vjolenza domestika hija reat kriminali.”

‘Flimkien Nieqfu u Flimkien Infiqu’ – dan hu l-messaġġ li qed twassa lil-kummissjoni.  mill-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika.

“Jekk inti jew xi ħadd li taf qed jesperjenza l-vjolenza domestika – Ċempel fuq 179 jew 116 006 – Agħmel rapport mat-Taqsima tal-Pulizija f’Santa Luċija jew il-Furjana.”



May be a graphic of text that says 'nieqfu flimkien Flimkien iNFIQU STOP == VIOLENCE ENCE 一- riformi'



Facebook/ Commission on Gender-Based Violence & Domestic Violence



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI