Valentina Rossi għamlet intervista qasira lil Gaia waqt il-programm, ‘Nate, Frank u Rossi’ ta’ Vibe FM. Rossi staqsiet lil Gaia lil min tagħżel bejn ‘Frank’ jew ‘Nate’.
Għal bidu Gaia sabitha ftit diffiċli iżda rrakontat kif darba meta kienet l-ajruport, “Il-Bambin bagħti anġlu li kien jismu Frank!”. Gaia kellha bagalja ppakjata u ma kellhiex spazzju aktar fejn titfa’, inzerta li Frank kien fl-istess ajruplan u offra li jieħu ftit ħwejjeġ!
Qalbu tajba Frank! Ara x’qalet Gaia…