Illum hi ġurnata memorabbli u prezzjuża għall-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Chris Fearne, hekk kif bħal-lum hu u l-imħabba ta’ ħajtu kienu taw kelma lil xulxin u bdew il-vjaġġ tal-ħajja miżżewġa.
“Illum nagħlqu 38 sena miżżewġin – grazzi kbira għall-imħabba bla qies li dejjem tajtni. Inħobbok u napprezza kull mument li naqsmu flimkien,” kiteb Fearne.
Qasam anke ritratt flimkien magħha għall-okkażjoni, fejn bosta kienu li kkummentawlhom u ferħulhom. Awguri mill-qalb!