L-Paġna Arċidjoċesi ta’ Malta ttella’ l-aħbar li Dun Anġ sfortunatament ħallina. Il-paġna Parroċċa Għaxaq ittella’ dawn id-dettalji dwar ħajtu.
Dun Anġ twieled f’Ħal Għaxaq fit-31 ta’ Awwissu 1933 minn Gejtano Vella u Ġużeppa Farrugia. Tgħammed fil-parroċċa lokali u rċieva l-edukazzjoni tiegħu f’Ħal Għaxaq, ż-Żejtun u s-Seminarju Minuri. Spiss kien jgħid li s-sejħa saċerdotali tiegħu ġiet ispirata minn Dun Ġużepp Naudi, eks-kappillan tal-istess parroċċa. Fl-1961 ġie ordnat saċerdot mill-Arċisqof Mikiel Gonzi u s-sena stess inħatar rettur tal-Bażilika ta’ San Filippu Neri f’Ħal Għaxaq. Għallem fil-kulleġġ De La Salle u serva f’diversi uffiċċji tal-Kurja. Fl-1966 sar kappillan ta’ Ħal Kirkop, u fl-1976 inħatar Dekan mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca, fejn mexxa l-uffiċċju sal-1994. Fl-1981 ġie maħtur Kanonku Penitenzier fl-Isla u serva f’diversi karigi pastorali u soċjali oħra. Fis-snin ta’ wara għex fid-Dar tal-Kleru, imma baqa’ dejjem marbut ma’ Ħal Għaxaq u ħalla wkoll studju dwar l-istorja tal-parroċċa tiegħu. Dun Anġ miet fis-14 ta’ Ġunju 2025.
Il-funeral tiegħu se jsir nhar il-Ħamis, 19 ta’ Ġunju 2025, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq fit-3:00 p.m. Aktar dettalji se jingħataw aktar ’il quddiem.
Kondoljanzi lil familja u qraba.
Ritratti: Parroċċa Għaxaq