"Tislima Sabiħa Lil Missieri" – Dr. Kirill Micallef Stafrace

Ftit tal-ħin ilu, spiċċa l-funeral ta’ Dr. Joe Micallef Stafrace. Hu kien eks-Ministru Laburista Joe Micallef Stafrace, u ġie nieqes ta’ 87 sena. Micallef Stafrace kien ġie elett fil-Kamra tad-Deputati fl-1962, l-1966 u l-1971, meta Dom Mintoff sar prim ministru. Huwa kien inħatar Ministru għall-Industrija, l-Agrikoltura u t-Turiżmu.





Dalgħodu ibnu Kirill, qasam ritratt ta’ qawsalla doppja li feġġet dalgħodu u qal li din żgur li hi tislima xierqa lill-għażiż missieru fl-aħħar vjaġġ tiegħu. Minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19, il-familja għażlu li jxandru l-quddies tal-funeral fuq il-pjattaformi diġitali biex dak li jkun ukoll jista’ jagħtih l-aħħar tislima.



F’isem Gwida.mt, aħna mill-ġdid ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja Stafrace f’dan iż-żmien diffiċli.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI