“Minn Qalbna Nifirħu Lill-Membru Onorarju Fra George Micallef Għall-Ħatra Tiegħu” – Is-Soċjeta` Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan

Is-Soċjeta` Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan ferħet lil Fra George Micallef għall-kapitlu ġdid li se jkun qed jibda permezz tal-ħatra tiegħu bħala Rettur u Gwardjan. Fuq il-paġna tagħhom, kitbulu messaġġ t’awgurju.

Huma kitbu, “Minn qalbna nifirħu lill-membru onorarju Fra George Micallef għall-ħatra tiegħu bħala Rettur u Gwardjan tal-Knisja ta’ San Franġisk ġewwa Birkirkara. Inżommuk fit-talb tagħna.”

Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti pożittivi ta’ kuraġġ u tifħir. Fost il-kummenti, hemm il-messaġġ ta’ Fra George Micallef stess li jgħid, “Grazzi lil kulħadd ta’ dan l-awguri. Apprezzajt ħafna. Itolbu għalija u jien għalikom!”



Nifirħulu mill-qalb għal din il-pożizzjoni ġdida u nirringrazzjawh tal-ġid kollu li jagħmel fil-komunita` nisranija.





Ritratti:

Facebook / Soċjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI