Illum huwa l-jum speċjali għall-Ministru Carmelo Abela wkoll! Fil-fatt jagħlaq sninu propju bħal-lum fl-10 ta’ Frar u fuq il-profil tiegħu xtaq iħalli kelmtejn għall-okkażjoni.
“llum nagħlaq snini. Grazzi lil kull min awgurali xewqat sbieħ. Jum twelidna hija opportunità oħra biex napprezzaw il-ħajja u dawk ta’ madwarna; l-aktar il-familjari tagħna u l-ħbieb. Grazzi minn qalbi”. Dak li qal jagħmel sens ħafna speċjalment għalih. Il-familja tiegħu ma kellhomx dejjem żminijiet faċli speċjalment waqt il-kura li kellha tieħu martu. Iżda llum ninsabu kuntenti li tinsab ħafna aħjar!
Diversi nies ħallew il-kummenti tagħhom biex jawgurawlu l-isbaħ xewqat. Awguri mill-qalb ministru!