Sefora, tista’ tgħid li llum saret wiċċ sinonimu mal-qarrejja tagħna. Hi għandha l-paġna I am Diego fejn fiha taqsam diversi esperjenzi u titkellem bl-aktar mod sinċier biex tagħmel kuraġġ ommijiet oħra u wkoll tqajjem aktar għarfien dwar il-kundizzjoni tal-awtiżmu.
Sefora tgħid, “Meta ssir taf tħoss id-dinja taqa’ fuqek.” Iżda wara hi riedet tkun taf kif tista’ tgħinu, ma kienx jinteressaha wisq mill-kundizzjoni tiegħu, iżda riedet tkun taf eżatt kif ħa tkun tista’ tgħin lil binha.
Ryan għamel appell fil-bidu tal-intervista sabiex dak li jkun jgħaddi donazzjoni lill-Inspire. Sefora tgħid kemm huma ta’ għajnuna u kemm joffri sapport kbir lill-ġenituri. Hi tistqarr li fil-bidu ma kinitx taf x’passi ħa tieħu.
Hi tistqarr li permezz tal-paġna tagħha bniet komunità. Segwu l-intervista tagħha hawn taħt!
Sibtek