“64 Sena Ilu … It-Tberik Tal-Ewwel Ġebla Tal-Knisja Parrokkjali L-Ġdida Mill-Arċisqof Mikiel Gonzi” – St.Julian’s Malta

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, St.Julian’s Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn rigward it-tberik tal-ewwel ġebla tal-knisja parrokkjali l-ġdida li kienet seħħet bħal-bieraħ 64 sena.

Bdew billi qalu, “64 sena ilu, fid-9 ta’ Lulju 1961 sar it-tberik tal-ewwel ġebla tal-Knisja Parrokkjali l-ġdida mill-Arċisqof Mikiel Gonzi. Dakinhar kienet saret festa kbira. Il-bajja ta’ San Ġiljan kienet imżejjna bil-bnadar max-xatt kollhu u l-bajja kienet mimlija bin-nies. L-Isqof Gonzi kien wasal bil-bahar. Huwa niżel fil-bajja u wara telgħa mit-taraġ ta’ San Ġużepp, quddiem il-Palazz Spinola, fejn hemmhekk kienu qed jistennewh Dun Karm Calleja flimkien ma’ ħafna tfal bil-kant u bnadar. Minn hemm huwa rikeb karrozzella li waslitu sa Triq Lapsi, flimkien mad-daqq tal-marċi u briju tan-nies.

Żiedu, “It-tberik sar għal ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija fil-preżenza tal-Kappillan Dun Guido Calleja. Din il-ġebla tinsab fuq in-naħa tax-xellug ta’ qiegħ l-arkata ta’ fuq l-altar il-kbir u fiha hemm imnaqqax salib biex tingħaraf.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI