Waħda Mill-Ikoni Tax-Xena Lokali Illum Tagħlaq Sninha

Ira Losco llum il-ġurnata tista’ tgħid li hi ikona fl-industrija lokali, kantat ma’ diversi artisti barranin, għamlet diversi kunċerti, ħarġet materjal orġinali, marret għal Eurovision darba darbtejn u issa qed narawha wkoll bħala ġurija f’X Factor Malta. L-artista llum qed tiċċelebra għeluq sninha u aħna ddeċidejna li nħarsu lura lejn il-karriera tagħha.

Minn dejjem kienet tħobb il-kant, oħtha tgħid li kienet tingħata partijiet prinċipali l-iskola għax kienet tħobb tirreċta u tkanta.

Ira kienet meqjusa bħala tomboy, kważi dejjem b’xagħarha qasir u kienet kemxejn boċċa. Hi kienet tuża l-kelma kerha biex tiddeskrivi lilha nnifsha u esperjenzat il-bullying. Hi titkellem kontra dan u dejjem iġġieldet għal dawk f’minoranza.

Ritratt: YouTube / Bijografiji

Ta’ 15-il sena tifforma parti mill-grupp Tiara, li rebaħ il-premju tal-aqwa grupp fl-2001. Wara l-Eurovision il-grupp waqaf.

Fis-sena 2000, jibda l-programm Tista’ Tkun Int, preżentat minn Rachel Vella u l-kantanta residenti tkun Ira Losco.

Ritratt: YouTube / Bijografiji

Fl-2001 tirbaħ il-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta Fejn Staħbejtli miktuba minn Mark Spiteri Lucas u Paul Ellul.

Splodiet fix-xena lokali grazzi għall-Eurovision tal-2002, il-kanzunetta 7th Wonder miktuba minn Philip Vella u Gerard James Borg tispiċċa 12-il punt biss mir-rebħ ta’ dan il-konkors.

Tkanta ma’ Claudio Baglioni ġewwa Lampedusa. Is-sitwazzjoni kienet perikoluża u tuża l-opportunità biex tqajjem kuxjenza dwar l-immigrazzjoni.

Ritratt: YouTube / Bijografiji

Tqajjem kuxjenza dwar il-krudeltà tal-annimali, torqod barra għall-YMCA u tagħmel kunċerti b’risq Puttinu Cares.

Ritratt: YouTube / Bijografiji

Tirbaħ kull premju possibli fix-xena lokali tul is-snin filwaqt li tkanta f’aktar minn 17-il pajjiż differenti.

Ritratt: YouTube / Bijografiji

Fl-2016 tirbaħ il-Malta Eurovision bil-kanzunetta Chameleon, tqum kontroversja kif it-tim jiddeċiedi li jibdel il-kanzunetta. Tirrapreżenta lil Malta bil-kanzunetta Walk On Water, u waqt dan il-festival Ira tħabbar li qed tistenna tarbija.

Lejn l-aħħar tal-2016, Ira ssir omm taċ-ċkejken Harry li ċertament għandu bosta ammiraturi għax it-tbissima tiegħu tiġbdek bla ma trid. 

Ritratt: Facebook / Ira Losco

Fl-2018 titħabbar bħala membru tal-ġurija f’X Factor Malta u twassal lil Owen Leuellen sat-tieni post, id-dwett tagħhom jagħmel suċċess enormi.

Minn hawn nieħdu l-opportunità nawguraw lil Ira l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha, nawgurawlha aktar u aktar suċċess kemm fil-karriera tagħha u kemm fil-ħajja privata. Awguri Ira.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI