Diversi żgħażagħ u anke adulti tal-llum kibru mal-programm Mini Bugz, programm ikoniku fit-tfulija ta’ ħafna Maltin. Propju llum, Griz, wieħed mill-protagonisti għalaq 21 sena…kiber ukoll!
F’post li ħalla Toni Busuttil, persuna li kien fit-tim tal-produzzjoni ta’ dan il-programm, awgura lil Griz f’din il-ġurnata.
Griz, apparti li kont parti kbira minn ħajti, kont ukoll l-idolu ta’ ħafna tfal li llum saru adulti. Kif nagħmel kull sena nawguralek f’għeluq żmienek u llum erġajt se nagħmel l-istess. F'isem it-tim kollu li ħadem magħna, nawguralek xewqat sbieħ.
Awguri ħabib.
Ġedded ftit memorji mit-tfulija tiegħek b’dan il-filmat hawn taħt!
Facebook / @toni.busuttil