Il-membru parlamentari Bernice Bonello kitbet messaġġ mill-qalb għal persuna speċjali f’ħajjitha – l-għażiż missierha. Illum qed jiċċelebra għeluq sninu, u waqt li awguratlu, esprimiet kemm hemm għaqda bejniethom, anke jekk il-ħajja hi mgħaġġla.
“Awguri mill-qalb lil missieri Charles Bonello f’għeluq sninu. Minkejja l-impenji kollha li għandek xorta waħda nsibu l-ħin sabiex niċċelebraw din il-ġurnata,” tikteb Bernice. Xerrdet ritratt flimkien miegħu għall-okkażjoni. Kienu bosta li awgurawlu fil-kummenti.
Awguri mill-qalb lil missier Bernice!
Facebook/ Bernice Bonello