Il-ħajja mhix faċli bħalissa u dawn iż-żminijiet huma uħud mill-jiem fejn wieħed kapaċi jkun kemmxejn negattiv.
Artisti bħal Dav Jr. u Matt ifakkruna li l-ħajja hi dik li nagħmluha aħna, u f'idejna jekk irridux noqogħdu nħallu l-ħażin biss iberren f'moħna, jew nieħdu l-ħajja aktar kif tiġi u b'mod trankwill. Id-diska Maria, li ħarġu aktar kmieni llum titkellem fuq dan il-fattur, u ir-ritratt li wżaw biex jippromwovu din il-biċċa xogħol żgur li xerrdet il-messaġġ.
Dav. Jr u Matt jibqgħu magħrufin għall-parteċipazzjoni tagħhom f'X Factor. It-tnejn li huma għaddew minn esperjenza mill-aktar qarsa meta tilfu lil missierhom. "L-aktar ħaġa ta'qsim il-qalb kienet li nara lil Matt jgħaddi mill-istess esperjenza li kelli jien" - hekk kiteb Dav. Jr Rigward dan.
Issa qed naraw it-talenti tagħhom magħqudin flimkien. Araw il-filmat hawn taħt.