“L-Istitut Ta’ Formazzjoni Pastorali (IFP) Temm Sena Akkademika Oħra” – L-Arċdjoċesi Ta’ Malta

L-Arċdjoċesi ta’ Malta ħabbret li l-IFP temm sena akkademika oħra.



Fuq il-paġna kitbu, “L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali (IFP) temm sena akkademika oħra fejn akkumpanja lil aktar minn 3,000 parteċipant fil-mixja tagħhom ta’ fidi u ministeru f’aktar minn 100 kors differenti. Fl-attività ta’ tmiem is-sena, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ċelebra quddiesa ta’ ringrazzjament mal-istudenti, il-letturi u l-istaff. L-IFP nieda wkoll il-prospectus għas-sena 2026–2027, ispirat mill-Pjan Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta 2026–2029 u l-mixja sinodali tal-Knisja, filwaqt li kkonferma mill-ġdid il-missjoni li jagħti sostenn lil-lajċi biex ikomplu jikkontribwixxu b’mod attiv għall-Knisja ħajja.”

Nirringrazzjawhom għad-dedikazzjoni tagħhom biex imexxu lill-komunita` fit-triq it-tajba.

Ritratti:

Facebook / Archdiocese of Malta – Evan Demicoli – Digital Presence Office

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI