Fuq il-paġna ‘Mill-Kċina Ta’ Pawlina’, Pawlina kitbet dwar kif nistgħu nevitaw dak li jissejjaħ ‘food poisoning’, speċjalment issa kif it-temp jibda jisħon.
Hi kitbet, “ATTENTI!!! Is-sħana u l-ikel mhumiex ħbieb!”
Hi kitbet għaxar punti importanti:
1. Għolli n-numru tal-fridge u tiftaħx u tagħlaq għalxejn.
2. Jekk tagħmlu insalata tar-ross ħalluh abjad, kessħuh malajr, żommuh mgħotti fil-friġġ, u miegħu ħalltu ingredjenti oħra eżatt qabel isservuh.
3. Ħaxix li jerħi ħafna ilma bħal tadam, ħass, rucola ħalltuhom fl-aħħar qabel isservu ma’ ross jew għaġin.
4. Dressing fl-insalati ħalltuh fl-aħħar ukoll qabel isservu.
5. Evitaw dips bil-kremi, ġobon għartab, ħut nej, bajd mimli, bajd mhux imsajjar sew, tiġieġ bid-demm, majjal bid-demm, zalzett mhux imsajjar sew, u prieżet.
6. Oħroġ ftit ikel fuq il-mejda u li ma jittikilx armih.
7. Għażlu ikel imsajjar sew imma mhux maħruq.
8. Żommu jdejkhom u l-post fejn tippreparaw l-ikel nadif.
9. Tinsewx li fannijiet, u a/c jdewwbu u jixxuttaw l-ikel malajr.
10. Ikel moħmi jżomm iżjed fis-sħana imma sakemm isservuh żommuh kiesah u tgħabbux il-friġġ iżjed milli jmissha.
Temmet kliemha billi kitbet, “Nieħdu gost flimkien fis-sajf, bi ftit attenzjoni ma nimirdux u nitilfu l-gost kollu.”
Facebook / Mill-kċina ta’ Pawlina