“Jekk Inti Professjonist Fil-Kura Tas-Saħħa, Dan Il-Messaġġ X’Aktarx Imisslek Qalbek” – Dame Dr Georgiana Farrugia Bonnici

Fuq il-paġna tagħha, Dame Dr Georgiana Farrugia Bonnici kitbet messaġġ lil kull persuna li taħdem fis-settur tas-saħħa, biex turihom li ħadd mhu waħdu għaliex kulħadd iħossu xi ftit jew wisq l-istess.

Hi kitbet, “Jekk inti professjonist fil-kura tas-saħħa, dan il-messaġġ x’aktarx imisslek qalbek… Hemm ġranet fejn tħobb xogħlok bqalbek kollha, imma jkun hemm oħrajn fejn tistaqsi lilek innifsek għaliex għażilt din it-triq. Se jkun hemm mumenti fejn tkun qed tieħu ħsieb lil ħaddieħor, u mumenti oħrajn fejn tkun biss qed tieħu ħsieb lilek innifsek. Xi xifts iħalluk kburija u sofisdatta waqt li xifts oħrajn iħalluk bla enerġija u tiddubita kollox.”

Qalet ukoll, “Xi pazjenti jkunu tassew grati għall-għajnuna tiegħek, iżda oħrajn jistgħu jisfidaw kull qatra ta’ paċenzja li għandek. Xi ġimgħat tħoss li qed tlaħħaq, waqt li kultant tistaqsi kif jidher li kulħadd qed jirnexxielu jagħmilha tidher daqshekk faċli! Hemm ġranet fejn tħossok parti essenzjali mit-tim tiegħek, imma jkun hemm ġranet oħrajn fejn tħossok li kollox qed iġiegħlek biss tgħix fis-sistema.”

Żiedet tgħid, “Il-mediċina hija karriera mimlija kontradizzjonijiet, imma fl-istess waqt tista’ tkun vjaġġ li jfisser ħafna — għax tkun qed tgħin lil ħaddieħor mill-bidu nett tal-ħajja sat-tmiem tagħha. Kompli għaddej. Se ssib triqtek.”





Facebook / ×Be Holistically Healthy, MD× By Dame Dr. Georgiana Farrugia Bonnici 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI