“Irrispettaw Lilkom Infuskom, Ħobbu Lilkom Infuskom” – Il-Kantant Ivan Grech B’Kelmtejn Profondi

Il-kantant lokali Ivan Grech kiteb messaġġ profond fuq il-paġna tiegħu fejn spjega kif għandna nħarsu lejn il-ħajja u kemm hu importanti li nħobbu lilna nfusna.

Hu spjega, “Il-ħajja tagħti, il-ħajja tieħu. Il-ħajja qisha logħba ta’ snakes and ladders. Importanti li tħarsu lejn il-kuxjenza tagħhkom għaliex hemmhekk qiegħda l-verità kollha. Irrispettaw lilkom infuskom, ħobbu lilkom infuskom, u emmnu fikom infuskom. Intom jistħoqqilkom ħafna iżjed milli taħsbu.”

Żied jgħid, “Ftakru li fil-ħajja, ftit biss minn dawk li kienu miegħek meta kont miexi ‘l fuq, se jibqgħu miegħek hekk kif timxi ‘l isfel. Apprezzaw l-imħabba fil-forom kollha tagħha u l-lealtà imma araw li wkoll tibqgħu tagħtu każ is-saħħa li qiegħda ġo fikom.”





Facebook / Ivan Grech



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI