“Ċempilli Xi Ħadd Anonimu U Qalli Li Rawh Fuq Bank Il-Furjana….” – Tania Pisani

Mill-filmat li tellat il-paġna ta’ TVMnews, Omm Kareem Ouled El Hadj, li għandu 30 sena, tħabbar li binha jinsab wara li kien irraportat nieqes lill-Pulizija. Tania tidher tassew emozzjonatha f’dan il-filmat u tħalli dan il-messaġġ ta’ ringrazzjament lil kull min għen.

“Hi lil kulħadd, il-ħanin Alla sema’ talbi, it-tifel sibnieh. Ċempilli xi ħadd anonimu u qalli li rawh fuq bank il-Furjana. U sibnieh hemm ilu xi tlett ijiem hemm. Għax naħseb li ħadulu kollox u spiċċa b’xejn u spiċċa baqa’ hemmhekk. Nirringrazzjakom minn qiegħ qalbi, lil kulħadd, min għen, min saqsieni, ma nafx x’nista naqbad ngħidilkom. Grazzi ħafna, grazzi ħafna minn qalbi. Grazzi lin-nies, lill-pulizija, lill-medja soċjali, kollha kemm huma. Jekk naqbad insemmi qas nieqaf għax vera sibt għajnuna. Nirringrazzjakom minn qalbi. Grazzi.”





Ritratti: Facebook / Tania Pisani, Sors / TVMnews



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI