Il-kantanta lokali Kaya li wħud jafuha wkoll bħala Priscilla Psaila, għaddiet l-awguri tagħha lil ommha aktar kmieni dalgħodu filwaqt li qasmet numru ta’ ritratti flimkien u mal-familja tagħha.
Kaya rringrazzjat lil ommha talli dejjem emmnet fiha, talli dejjem sabet is-sapport tagħha. Hi tistqarr li tassew grata li għandha lilha bħala omm u tgħidilha grazzi ta’ kemm mara b’qalb tajba u li turi tant u tant imħabba.
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil ommha Loreta l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali u nittamaw li jkollha sena mimlija saħħa, hena u kuntentizza.