It-Teatru Manoel Jsellem Lil Vinċenza Micallef – L-Aħħar Maltija Li Twieldet U Trabbiet Fl-Istess Teatru

It-Teatru Manoel sellem il-memorja ta’ Vinċenza Micallef, li kienet magħrufa bħala l-aħħar Maltija li twieldet u qattgħet it-tfulija tagħha ġewwa t-Teatru Manoel stess. Fi stqarrija li qasam fuq il-midja soċjali, it-teatru esprima s-sogħba tiegħu għall-mewt tagħha u fakkar fil-kontribut uniku li ħalliet warajha permezz tal-istejjer u l-memorji marbuta ma’ wieħed mill-aktar binjiet kulturali importanti f’Malta.

“It-tim tat-Teatru Manoel isellem il-memorja ta’ Vinċenza Micallef, l-aħħar Maltija li twieldet u qattgħet it-tfulija tagħha fit-Teatru Manoel,” kiteb it-teatru. Vinċenza kienet figura marbuta mill-qrib mal-istorja ta’ dan il-ġojjell nazzjonali, u matul ħajjitha qasmet diversi tifkiriet li taw ħajja lill-passat tat-teatru u għenu biex jinżamm ħaj il-wirt kulturali tiegħu.



It-Teatru Manoel irrimarka li Vinċenza ħalliet warajha “bosta stejjer u memorji uniċi li jagħmlu parti mill-wirt kulturali ta’ pajjiżna.” Fl-istess messaġġ, it-teatru rringrazzja lil Vinċenza għall-imħabba u d-dedikazzjoni tagħha lejn il-binja storika.



“Nirringrazzjaw minn qalbna lil Vinċenza li matul ħajjitha qasmet magħna l-imħabba tagħha lejn dan il-ġojjell nazzjonali,” temmet tgħid l-istqarrija. Il-memorja ta’ Vinċenza Micallef se tibqa’ marbuta mal-istorja tat-Teatru Manoel, li għal sekli sħaħ serva bħala ċentru importanti għall-arti u l-kultura f’Malta.



Ritratti:

Facebook / Teatru Manoel

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI