Bil-Filmat: Stephanie Tinsab Lesta Biex Tirritorna Fi Djarkom Għal Edizzjoni Oħra Ta' Illum Ma' Steph!

Illum ma' Steph huwa wieħed mill-programmi ta' kuljum li t-telespettaturi dejjem ikunu qed jistennew b'ħerqa. Għal skeda oħra, u għal edizzjoni oħra, Stephanie ser tkun lura magħkom minn nhar it-Tnen 29 t'Ottubru.

Fuq il-midja soċjali nxtered filmat fejn naraw lil Steph taħseb u tiċċekkja li kollox lest għall-programm, bħall-kċina, is-sezzjoni tas-sufan, il-mistiedna u l-logħob.

"Kollox lest għal staġun ieħor ta' Illum ma' Steph!," jiktbu fuq il-paġna. Araw daqsxejn dan il-filmat bi preparazzjoni għall-edizzjoni li jmiss ma' Steph. Tinseewx, mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-17:00 sas-18:30.

Facebook/ Illum ma' Steph

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI